Sport Sport Ieħor

Neil Agius u Tenishia Thornton fost il-protagonisti fl-Għażliet Sportivi Nazzjonali

Is-Sibt filgħaxija ġew organizzati għall-65 darba l-Għażiet Sportivi Nazzjonali, fejn l-atleti Neil Agius u Tenishia Thornton kienu fost il-ħafna atleti li ġew ippremjati tax-xogħol kontinwu li għanlu matul is-sena 2024.

Preżenti għal din is-serata kien hemm ix-Shadow Minister għall-Isport l-Onorevoli David Agius, flimkien ma’ mistieden speċjali Esteban Herrault, kif ukoll il-Presidenti Onorarji Fr. Hilary Tagliaferro, Charles Camenzuli li huwa wkoll il-President tal-AIPS Europe kif ukoll Sandro Micallef.

Għal darb’oħra tliet ġurnalisti sportivi veterani ġew inklużi fil-Hall of Fame tal-Għaqda Ġurnalisti Sports: l-ewwel Segretarju Ġenerali tal-Għaqda Kittieba Sports Joe Cutajar, il-mibki Colin Cauchi u Mario Saliba li għadu attiv fil-media sportiva lokali.

Waqt din is-serata finali li kienet ippreżentata mis-Segretarju Ġenerali tal-Għaqda Ġurnalisti Sports Lorraine Cunningham u Mario Bonnici ġew mqassma 12-il unur; b’sebgħa fuq votazzjoni tal-ġurija, il-People’s Choice Award fuq vot popolari tal-pubbliku, l-Avveniment Internazzjonali tas-Sena u l-iSport for Social Change Award magħżula mill-Kumitat Eżekuttiv tal-Għaqda Ġurnalisti Sports u tnejn fuq suġġeriment ta’ Special Olympics Malta.

L-isportiv tas-sena intrebbaħ minn Nei Agius, għawwiom tal-open water kelu sena memorabbli hekk kif kiser ir-rekrod dinji bl-għawma tiegħu li ħadet 60 siegħa, 35 minuta u 4 sekondi. Intant, l-isportiva tas-sena intrebħet minn Tenishia Thornton. Il-Weighlifter kella bosta suċċessi fosthom ir-rebħa fiol-Euorepan Junior Championship.

Intant, ġew ippremjati anke dawn l-atleti:

Żagħżugħ tas-Sena raġel – Jake Castaldi (Pool)

Żagħżugħa tas-Sena mara – Kim Camilleri Laganà (Weightlifting)

Kowċ tas-Sena – Milan Ćirović (Water Polo)

Uffiċjal tas-Sena – Karl Izzo (ASA)

Tim tas-Sena – Tim Nazzjonali tal-Pool U18 li ħadu sehem fil-Kampjonati tad-Dinja

People’s Choice Award – Gianluca Chetcuti (Sparar Trap)

Attività Internazzjonali tas-Sena – Final 4 European Water Polo Champions League (ASA)

Sport for Social Change Award – Ħamrun Ħanin

Special Olympics Atleta Raġel – Alec Falzon (Atletika)

Special Olympics Atleta Mara – Maria James (Għawm)

Hall of Fame – Joe Cutajar, Colin Cauchi u Mario Saliba