Kmieni il-Ħadd filgħodu ġiet organizzata t-tielet edizzjoni tal-Caritas Run for Life fiż-żona ta’ San Blas.
Matul din il-maratona kien hemm għadd ta’ ġirjiet u mixjiet differenti għal nies ta’ kull eta.
Fis-7am bdiet it-tellieqa ta’ 5km filwaqt li fis-7:40am bdiet it-tellieqa ta’ 10km. U siegħa wara bdiet it-tellieqa ta’ 2.5km għat-tfal bejn l-10 snin u t-13-il sena.
Imbgħad fid-9am bdiet il-mixja ta’ 4km, filwaqt li bejn id-9am u d-9:30am bdew it-tlielaq ta’ 1km għat-tfal bejn is-6 snin sa’ 9 snin.
Matul dan l-avvinement kien hemm parteċipazzjoni rekord ta’ ‘l fuq minn 1,300 persuna, kif spjegat ma’ Net News Marika Cassar.

Kull min ipparteċipa f’din l-inizjattiva ngħata medalja, flokk kommemorattiv u goodie bag, filwaqt li dawk li klassifikaw fl-ewwel tliet postijiet fid-diversi kategoriji differenti…ingħataw premju mill-organizzaturi.
Id-dħul kollu minn din l-attività mar għall-Caritas Malta.





