Illum – fuq NET Television mill-4.10 pm ‘l quddiem jixxandar id-dsatax il- programm SPORT EXTRA bi produzzjoni u preżentazzjoni ta’ Charles Camenzuli. Fl-ewwel parti tal-ewwel programm enfażi dwar Rugby u dak kollu li qed iseħħ fi ħdan il-Malta Rugby Football Union b’dettalji wkoll dwar il-partita li jmiss tat-tim Nazzjonali Malti kontra Iżrael.
Mistiedna l-President tal-MRFU – ROBERT PORTELLI flimkien mal-vici President RHONA XERRI u l-plejer tat-tim Nazzjonali Malti BRENDAN DALTON. Fit-tieni parti tal-programm mistieden għal SPORT EXTRA u l-esperjenzi ta’ MIGUEL MIFSUD u l-isfidi li kellu fil-ħajja u issa bi sfidi ġodda fl-isport flimkien ma’ Sober Runners – Malta SPORT EXTRA għandu lil Gail Mallia bħala responsabbli mill-muntaġġi u filmati minn Liam Briffa .
//= $special ?>