Internazzjonali

Summit importanti llum fil-kapitali Ingliża

Il-Prim Ministru Brittanniku Keir Stramer se jlaqqa’ f’Londra summit importanti ferm għall-mexxejja Ewropej, li matulu se jiddiskutu l-invażjoni Russa u l-futur tal-Ukrajna.

Għal dan is-summit ġiet mistiedna l-Kanada, kif ukoll rappreżentanti tan-NATO u t-Turkija.

Skont il-media Ingliżi, dan is-summit mistenni jissiġilla l-appoġġ tal-pajjiżi tal-Punent lejn Vlodomyr Zelensky – bir-Renju Unit kommess li anke jinbgħat truppi fl-Ukrajna għaż-żamma tal-paċi.

Is-summit ta’ Londra qed isir jumejn biss wara l-kaos li inqala’ fil-White House meta Trump laqa’ f’Washington lill-President Ukren,