Il-Prim Ministru tar-Renju Unit Keir Starmer ħabbar li se jkun qed jaħdem fuq pjan biex tintem il-gwerra fl-Ukrajna u biex l-Ukrajna tkun tista’ tiddefendi lilha nnifisha mir-Russja.
Starmer qal li r-Renju Unit, Franza u pajjiżi oħra se jidħlu f’koaliżjoni biex jagħtu l-appoġġ tagħhom lill-Ukrajna, dan filwaqt li se jkunu qed jippruvaw jinkludu lill-Istati Uniti wkoll.
F’kummenti li ta wara s-summit bejn numru ta’ mexxejja Ewropej u l-President Volodymr Zelensky, il-Prim Ministru Keir qal li ntwera appoġġ kbir lejn l-Ukrajna u l-unita Ewropea li ilha s-snin ma tkun daqshekk evidenti.
Minn naħa tiegħu, il-President Zelensky qal li l-Ewropa qed taħdem biex issib bażi ta’ koperazzjoni mal-Amerika li tista’ tiggarantixi l-paċi u sikurta.
//= $special ?>