L-Uffiċċju tan-Nutar tal-Gvern għadu kemm ħareġ mill-ġdid is-sejħa għall-voluntiera fl-Arkivju
Prinċipali tiegħu li jinsab fi Triq Mikiel Anton Vassalli, il-Belt Valletta.
Il-voluntiera ser ikunu jistgħu jgħinu fid-diversi proġetti tal-Uffiċċju partikolarment fid-diġitalizzazzjoni tal-volumi fl-Arkivju Prinċipali. Permezz ta’ dan il-volontarjat, l-Uffiċċju tan-Nutar tal-Gvern qed jagħti ruħ ġdida lill-Arkivju Prinċipali tiegħu billi jagħmlu dejjem aktar aċċessibli b’mezzi eletroniċi online. Fuq kollox, din id-diġitalizzazzjoni tgħin ukoll biex il-volumi fl-Arkivju Prinċipali jinżammu priservati aħjar, bosta minnhom b’dokumenti li jmorru lura sas-Seklu 15!
Is-sejħa tagħlaq fil-31 ta’ Marzu u ser jingħata taħriġ adegwat lill-voluntiera kollha.
Dawk interessati jistgħu jagħmlu kuntatt mal-Uffiċċju tan-Nutar tal-Gvern permezz ta’ email lil notarial.archives@gov.mt jew inkella billi wieħed jaċċessa s-sejħa għall-voluntiera fuq il-website tal-Uffiċċju tan-Nutar tal-Gvern https://ntg.gov.mt/.
