Sport

Charles Aquilina fi klassi għalih u jirbaħ fil-Belġju

Charles Aquilina kien fi klassi għalih meta rebaħ it-tielet tournament fil-karriera tiegħu fit-Tournament Maġġuri ta’ Frameries, fil-Belġju.

Il-captain ta’ Bormla Sc wera spettaklu atletiku meta rebaħ fost 72 plejer mid-dinja kollha dan it-tournament maġġuri li huwa meqjus bħala l-Wimbledon tal-futbol tal-mejda. Hu għeleb fil finali lil Massart tal-Belġju, fl-aħħar 16 għeleb lill-Belġjan Rochez, fil-kwarti tal-finali għeleb lit-Taljan Averna u fis-semifinali għeleb lil Calonico tal-Italja biex wera Forza kbira sakemm wasal għar-rebħa finali fil-kategorija Open Bormla sc.

Il-Ħadd fl-avveniment tat-tim, Bormla wrew li huma forza vera u tabilħaqq numru 1 fid-dinja biex għamluhom tliet finali f’ġimgħa wara Malta, l-Iskozja u l-Belġju biex waslu sal-finali minn 44 tim fi Grupp 1 u rebħu tliet darbiet 4-0 lit-timijiet l-oħra Yorkshire, Hennuyer c u Rochefort u fl-aħħar 16 għelbu lil Hennuyer 3-0, kwarti tal-finali għelbu lil 2-2 Caen b’marġni ta’ 5 gowls differenza u fis semifinali huma għelbu lit-Taljani Salernitana 1-0 biex reġgħu waslu għall-finali f’tournament maġġuri.

Dan wara li fl-aħħar 2 edizjonijiet waslu sat-tielet post u dan wassal biex Bormla sc jibqgħu 8 xhur konsekuttivi fl-1 Post fir-Rankings Dinjija għat-timijiet. Fil finali Bormla tilfu 1-3 kontra Reggio Emilia Fratt Bari. It-tim kien kompost min Charles Aquilina, Bessim Golger, David Busch, Jason Pisani, Jean Tabone u George Ebejer.