Kultura Lokali

Illejla jiġi fi tmiemu l-Karnival

Ritratti: Catriel Farrugia

Id-dilettanti tal-Karnival qed jittamaw li t-temp jiftah xi ftit sal-lejla sabiex igawdu l-aħħar jum ta’ ċelebrazzjonijiet. Dan wara li fil-Belt Valletta n-nies setgħu jgawdu minn Karnival li ppreżenta karrijiet mill-isbaħ – u żfin b’korjografiji mill-aqwa.

It-Tlieta, fl-aħħar jum tal-Karnival, il-kumpaniji taż-żfin se jikkompetu għall-aħħar darba fi Pjazza San Ġorġ. L-ispettaklu – dejjem jekk ma tagħmilx xita – huwa programmat li jibda għall-ħabta tal-5:30pm.

Imbagħad, fis-6pm, fi Triq Sant Anna fil-Furjana jibda l-Gran Defile bil-karrijiet trijonfali.

Din il-ġurnata ġġib uffiċjalment fi tmiemu r-Renju tal-Bluha, qabel jingħata bidu għal żmien ir-Randan; li għall-Kattoliċi jfisser erbgħin jum ta’ sagrifiċċji u anke sawm.