“Fl-aħħar snin, il-Gvern ipproteġa lil ta’ madwaru minflok lill-poplu Malti u Għawdxi. U huwa għalhekk li l-Partit Nazzjonalista sejjaħ protesta… li se ssir nhar il-Ħadd 9 ta’ Marzu fil-Belt Valletta”.
Hekk stqarr is-Segretarju Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista Michael Piccinino waqt il-programm NETLIVE t-Tnejn filgħaxija, fejn spjega l-ħtieġa li ħass il-Partit Nazzjonalista sabiex in-nies jinżlu jipprotestaw.
Michael Piccinino, spjega wkoll li ma jistax ikun li l-Gvern jonqos lill-poplu b’intenzjoni, u qisu ma ġara xejn. Fejn fakkar li l-PN ipprovda s-soluzzjonijiet iżda l-Gvern ta’ Robert Abela dawn is-soluzzjonijiet ma laqagħhomx.
U huwa għalhekk li hemm ħtieġa kbira li n-nies isemmgħu leħinhom.
Huwa tenna wkoll li l-Partit Nazzjonalista qed joffri s-soluzzjonijiet tant meħtieġa, anke mill-Oppożizzjoni.
Il-Partit Nazzjonalista se jkun qed ilaqqa’ lill-poplu Malti u Għawdxi, nhar il-Ħadd 9 ta’ Marzu quddiem il-Parlament fit-3 ta’ waranofsinhar. U l-protesta se tieħu forma ta’ mixja sa quddiem il-Qorti.
//= $special ?>