Sport

Jojo’s Birżebbuġa jersqu viċin il-quċċata

Jojo’s Birżebbuġa resqu viċin il-leaders Cospicua Rangers meta f’logħba ferm interessanti mill-kampjonat nazzjonali tal-Blackball huma għelbu lil Selmun Sports Club A 11-8. Mill-banda l-oħra, f’logħba bejn żewġ timijiet mill-istess klabb, Ħamrun 147 C għelbu lil Ħamrun 147 B 11-4.

Qormi Anici Boys baqgħu jżommu l-ewwel post tal-klassifika tal-kampjonat reġjonali wara li ftit sabu diffikultà sabiex għelbu lil Qormi Anici Lions 11-3.

Birkirkara Boċċi kellhom rebħa dominanti ta’ 11-0 kontra Birkirkara Juve filwqt li San Ġwann Tiki Taka A kisbu rebħa prezzjuża ta’ 11-7 kontra Cospicua Rangers B.

F’sezzjoni A tal-Commuity League, San Ġwann Tiki Taka C resqu viċin il-leaders PL Balzan wara li rebħulhom 11-5. Selmun Sports Club B kisbu rebħa identika kontra Żebbuġ St Joseph.

PL Floriana u Qormi Anici Cappadocia kisbu rebħiet identiċi ta’ 11-9 kontra Attard Scorpions u Siġġiewi Montekristo rispettivament.

Finalment, f’sezzjoni B tal-Community League, Valletta Fossa Boys baqgħu fl-ewwel post tal-klassifika hekk kif għelbu lil Selmun Sports Club C 11-3.

Mrieħel Billiard House u Qormi Anici Calleja Ltd kisbu rebħiet importanti kontra Gżira Titans (11-7) u San Ġwann Tiki Taka D (11-4) rispettivament.

KLASSIFIKA – KAMPJONAT NAZZJONALI

Cospicua Rangers 21; Ħamrun 147 A 19; Jojo’s Birżebbuġa 18; Ħamrun 147 C 13; Ħamrun 147 B, Selmun Sports Club A 12, San Ġwann Boċċi 4; Domus Kids Zejtun 0.

KLASSIFIKA – KAMPJONAT REĠJONALI

Qormi Anici Boys 24; Qormi Pinto, San Ġwann Tiki Taka A, Birkirkara Boċċi 20; San Ġwann Tiki Taka B 15; Cospicua Rangers B 12; Qormi Anici Stars 9; Qormi Anici Lions 6; Birkirkara Juve 0.

KLASSIFIKA – COMMUNITY LEAGUE – Sezzjoni A

PL Balzan 22; San Ġwann Tiki Taka C 21; Siġġiewi Montekristo, Qormi Anici Cappadocia 13; Zebbuġ St Joseph 12; Selmun Sports Club B 10; PL Floriana 8; Attard Scorpions 4.

KLASSIFIKA – COMMUNITY LEAGUE – Sezzjoni B

Valletta Fossa Boys 22; Qormi Anici Calleja Ltd 19; San Ġwann Tiki Taka D 13; Qormi San Bastjan Boċċi 10; Selmun Sports Club C 7; Gzira Titans ; Mrieħel Billard House 3.