Lokali Qorti

Każ ta’ frodi fuq ċittadini minn pajjiżi terzi: Mara skortata l-Qorti biex tixhed kontra l-akkużat

Mara li kellha tixhed kontra raġel akkużat bi frodi it-Tlieta waranofsinhar kienet skortata l-Qorti wara li l-Maġistrat biex issir verifika jekk hux minnu li kienet ma tiflaħx. Dan wara li x-xhud qalet lill-avukat tagħha biex jinforma lill-Qorti dwar in-nuqqas ta’ disponibbiltà tagħha.

Il-mara kienet ukoll tressqet mar-raġel xi jiem ilu u ammettiet akkużi simili u kienet kundannata sentejn ħabs sospiżi għal erba’ snin flimkien ma’ multa ta’ 23,500 ewro. Dan kollu seħħ hekk kif bdiet il-kumpilazzjoni kontra Kenneth Portelli ta’ 43 sena li qed jiġi mixli li ffroda numru ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li qed ifittxu impjieg f’Malta.

Portelli allegatament iffroda diversi applikanti billi ffalsifika firem ta’ min iħaddem fuq applikazzjonijiet għall-impjieg li ġew sottomessi lill-aġenzija Identita’. Isem il-mara li rreġistrat ammissjoni ma jistax jissemma fuq ordni tal-Qorti.

Ir-raġel qed iwieġeb mhux ħati ta’ falsifikazzjoni u frodi. Fil-bidu tal-każ l-avukat Herman Mula li kien qed jassisti lil mara, qal lill-Maġistrat Donatella Frendo Dimech li l-klijenta tiegħu ċemplitlu biex tinfurmah li kienet “ma tiflaħx” xi sagħtejn qabel kellha tixhed.

Il-Maġistrat staqsiet għal ċertifikat li l-Avukat ma kellux u sabet lill-mara ħatja ta’ disprezz lejn il-qorti u ordnat li tiġi skortata l-qorti għas-seduta li jmiss. L-Avukat ta’ Portelli – Jason Grima osserva li fis-seduta preċedenti, il-prosekuzzjoni oġġezzjonat għat-talba tagħhom għall-ħelsien mill-arrest, fuq il-bażi li din il-mara kienet għadha ma xehditx.

Imbagħad l-Avukat Mula ta l-impressjoni li għall-klijenta tiegħu ma kien hemm l-ebda problema. Hawn il-qorti ma qablitx ma’ dan u qalet li l-avukat ma kellu l-ebda bażi legali f’dawn il-proċeduri. Wara ftit ta-minuti li beda jixhed il-prosekutur, l-Ispettur Karl Roberts dwar l-investigazzjoni, il-qorti ordnat li t-tabib Mario Scerri jagħmel żjara lil mara u jiddetermina jekk kinitx tajba biex tixhed.

L-Ispettur Roberts spjega li fl-2023 il-kap tal-konformita ta’ Identità rat li hemm aġenzija tat-temping li hi tal-mara. Il-kumpanija kienet qed tapplika f’isem ċittadini ta’ pajjiżi terzi billi tissottometti dokumenti lil Identità permezz tal-portali online tagħha. Identita’ ssuspettat li wħud minn dawn id-dokumenti kienu foloz.

Id-dikjarazzjoni ippreżentata mill-aġenzija tat-temping iddikjarat li l-kumpanija shakes n bakes li kellu Christian Mansueto kellhom bżonn 20 impjegat. Il-mara kienet tellgħet dawn l-applikazzjonijiet permezz tal-portal ta’ Identità.

L-Ispettur Roberts kompla jgid li Identita kien bagħat għal Mansueto li qal lill-aġenzija tal-gvern li qatt ma ra xejn u lanqas kien iffirmaha. Il-pulizija pproċediet biex tarresta u tressaq lil mara l-qorti. Hija kienet mixlija li għenet individwi jidħlu Malta illegalment. Il-mara ammettiet l-akkużi kollha mat-tressiq tagħha.

Indjan kien arrestat u bl-istess mod kien akkużat fil-qorti, il-każ tiegħu kien għadu għaddej. Il-mara kienet qalet lill-pulizija li l-firma ta’ Mansueto imtliet mill-akkużat. Eventwalment Portelli ġie arrestat fl-Għassa ta’ Ħal Qormi. Il-mobajl tar-raġel ġie elevat u ġie interrogat mill-pulizija fejn eżerċita d-dritt tiegħu għas-silenzju. Sussegwentement huwa tressaq il-qorti.

Fl-2023, Mansueto ġie msejjaħ minn Identità. Huwa ntwera karta fejn allegatament iddikjara li għandu bżonn 20 impjegat. Huwa ta struzzjonijiet lil Identita biex tikkanċella l-applikazzjoni u qal li l-firma fuq id-dokument kienet simili għal tiegħu iżda hu qatt ma ffirma tali dokument u li l-firma ma kienitx tiegħu.

Christian Mansueto qal fix-xhieda tiegħu li ilu jaf lill-akkużat mill-2018 fejn kienu jaħdmu flimkien. Baqgħu kuntatt flimkien minħabba l-football għax l-akkużat għandu t-tifel fin-nursery tal-Ħamrun. Tnna li fis-sena 2023 kienu bgħatu għalih Identità u tawh karta li tgħid li għandu bżonn 20 ħaddiem. Dak iż-żmien kellu tliet ħwienet tat-take aways’ u li m’għandux waiters xi jħaddem, kif kienet tgħid l-applikazzjoni.

Dak iż-żmien kien iħaddem massimu ta’ 25 u li ma kellux bżonn dawn il-ħaddiema. Qatt ma kien raha l-karta qabel ma urewilu. Huwa ġie muri l-karta li tawh Identità bil-firma simili tiegħu, imma mhux hu ffirmaha, huwa qal.

Tenna li hu jinġaġġa l-persuni miegħu minn fuq Facebook u jagħmlilhom l-interview. Lanqas lil mara li ammettiet ma jafhiex. Waqt il-kontro eżami, ir-raġel ikkonferma li qatt ma qabbad l-aġenzija tat-temping inkwistjoni u ma kienx jaf sid l-aġenzija.

Insista li kull darba li jkollu bżonn l-impjegati kien jitfa’ riklam fuq Facebook jew l-istaff kien jissuġġerixxi lil xi ħadd. Huwa qal ukoll lill-Qorti li ma kellux bżonn impjegati dak iż-żmien. Xehed l-espert tal-Qorti Mario Scerri li spjega li kien ra lix-xhud u li kien jaf lix-xhud.

Il-mara kellha tieħu xi medikazzjoni u lesta tmur il-qorti. Żied jgħid li kienet tajba biex tixhed. L-espert ta struzzjonijiet lill-pulizija biex jieħdu lill-mara fi spiżerija waqt li kienet fi triqitha lejn il-qorti. Fix-xhieda tal-mara, rriżulta li l-pulizija kienu ħaduha l-għassa ta’ Birkirkara hekk kif il-pulizija ħejjew biex itemmu x-xift tagħhom.

Dan sar minkejja li l-qorti ordnat li tittella’ mill-ewwel fl-awla. Il-qorti mbagħad staqsiet lix-xhud dwar ir-relazzjoni tagħha ma’ Portelli. Il-mara spjegat li ssejħet mill-Identita u marret l-Imsida biex tkellem lil Victor Aquilina. Uriha d-dokument tad-dikjarazzjoni tal-affissjoni u hi kkonfermat li kienet taf bih.

“Il-firma ta’ Mansueto ġiet iffalsifikata,” qalet il-mara, u żiedet li kienet taf biss shakes n bakes minn pjattaforma ta’ konsenja. Portelli kien kellem lill-eks sieħeb tal-mara, li qallu biex ikellem lilha direttament dwar in-negozju. Wara mar id-dar tagħha ma’ wieħed min-Nepali. Bdew jaraw min kellu bżonn ħaddiema barranin, spjegat ix-xhud, u qal li dan sar “b’rieda tajba”.

Portelli kien se jieħu ħsieb id-dokument tad-dikjarazzjoni tal-affissjoni filwaqt li hi tefgħet ’l-applikazzjonijiet ma’ Identità. Hi ipprovdit lil Portelli b ’formoli vojta u hu kien se jieħu ħsieb isib min iħaddem li kellu bżonn ħaddiema barranin peress li kien “salesman u kien jaf ħafna nies”. Il-mara ftakret li mliet il-parti l-kbira tal-applikazzjoni f’ isem Shakes n bakes.

“Dak li mlejt jien sar b’ konsultazzjoni ma’ Portelli għax ma kontx naf x’ kellu bżonn shakes n bakes“ qalet ix-xhud. Tenniet li meta Identita’ bagħtet għaliha, qalet li wara l-laqgħa ċemplet lil Mansueto, li ma kienx jafha. Minkejja dan, hija kellha d-dettalji tiegħu mid-Declaration of posting Document.

Hija infurmatu li Identità kienu ċemplulha minħabba firem falsifikati. Sa dak iż-żmien, Mansueto kien diġa’ mar l-Identita ’. Wara li l-mara kellmet lill-avukat tagħha, Herman Mula, li ngħaqad mas-seduta permezz ta ’videoconference, u hija ressqet ilment kriminali.

Mis-seduta ħareġ li tliet Indjani kienu nġiebu Malta għal impjiegi ineżistenti. Fi tmiem is-seduta, il-Maġistrat Donatella Frendo Dimech iddikjarat li r-raġel għandu każ xi jwieġeb. Il-Qorti tat ukoll il-ħelsien mill-arrest fuq depożitu ta’ €2,000 u garanzija personali ta’ €5,000. Huwa kien ordnat jiffirma l-għassa darbtejn fil-ġimgħa. Il-każ ikompli fit-8 ta’ April fis-2:30pm. Il-prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Karl Roberts filwaqt li l-Avukati Jason Grima u Kirsty Muscat assistew lill-akkużat.