Illum fil-Vatikan beda l-process ufficjali li kapaci jwassal biex il-koppja Henry u Inez Casolani jkunu dikjarati qaddisin.
Iż-żewġ Maltin ilhom mill-2015 għaddejin minn dan il-process, fejn inġabret dokumetazzjoni u xhieda – bl-inkjesti issa intbagħtu Ruma sabiex id-Dikasteru tal-Kawżi tal-Qaddisin fi ħdan is-Santa Sede jeżamina l-informazzjoni miġbura dwar il-ħajja qaddisa u l-fama tal-qdusija ta’ din il-koppja.
Dalghodu, infethu l-kaxxi bl-evidenza u x-xhieda kollha dwar il-koppja Casolani. Il-ftuħ tal-kaxxi isir fil-Vatikan stess mill-Kardinali.
Esperti li huma midħla ta’ dan il-process ikkonfermaw li jkun jeħtieġ żewġ mirakli biex huma jsiru qaddisin; l-ewwel biex ikunu dikjarati Beati, imbgħad biex jiġu kanonizzati.
Jekk dan il-process jitlesta b’success, Inez u Henry Casolani ikunu l-ewwel koppja minn pajjiżna li jkunu għaddew flimkien għall-kanonizzazjoni.
//= $special ?>