Illum, fil-Vatikan beda l-proċess ufficjali li kapaċi jwassal biex il-koppja Henry u Inez Casolani jkunu dikjarati qaddisin.
Iż-żewġ Maltin ilhom mill-2015 għaddejin minn dan il-proċess, fejn inġabret dokumetazzjoni u xhieda – bl-inkjesti issa intbagħtu Ruma sabiex id-Dikasteru tal-Kawżi tal-Qaddisin fi ħdan is-Santa Sede jeżamina l-informazzjoni miġbura dwar il-ħajja qaddisa u l-fama tal-qdusija ta’ din il-koppja.
Dalgħodu, infetħu l-kaxxi bl-evidenza u x-xhieda kollha dwar il-koppja Casolani. Il-ftuħ tal-kaxxi jsir fil-Vatikan stess mill-Kardinali.
Esperti li huma midħla ta’ dan il-proċess ikkonfermaw li jkun jeħtieġ żewġ mirakli biex huma jsiru qaddisin; l-ewwel biex ikunu dikjarati Beati, imbagħad biex jiġu kanonizzati.
Jekk dan il-proċess jitlesta b’suċċess, Inez u Henry Casolani jkunu l-ewwel koppja minn pajjiżna li jkunu għaddew flimkien għall-kanonizzazzjoni.
//= $special ?>

