Il-programm Mhux Premier Biss ta’ nhar il-Ġimgħa 7 ta’ Marzu fuq NET FM se jkun kollu dedikat lit-team tal-Belt. Wara rebħa ta’ 3-0 fuq Tarxien Rainbows fis-Centenary Stadium is-Sibt li għadda Valletta FC reġgħu rritornaw mal-kbar mal-ewwel tentattiv tagħhom.
Huma kellhom bżonn punt wieħed biss u spiċċaw rebħu l-partita grazzi għal goals minn Andrei Ciolacu u doppjetta ta’ Enoch Mushagalusa. Ir-riżultat poġġa lil Valletta b’47 punt. vantaġġ ta’ 16-il punt li ma jistax jintlaħaq.
Il-promozzjoni ta’ Valletta FC seħħet grazzi għax-xogħol utli tal-players u l-ogħla ġerarkija tal-klabb, taħt it-tmexxija tal-President Claudio Grech, kif ukoll il-Head Coach Thane Micallef li bena mill-ġdid skwadra kompetittiva li reġgħet lura mid-diżappunt meta tilfu l-istatus tal-ogħla livell, jiġifieri l-Premier League.
Il-Beltin minn 18-il partita rebħu 15, ġew draw 2, tilfu 1, skorjaw 39 – l-aktar team li sab ix-xibka u qalgħu biss 5 goals, l-inqas li qalgħu. Il-mistiedna fil-programm se jkunu l-President Claudio Grech, u Nicky Saliba li għandu l-kariga ta’ Vice President Sporting. Mhux Premier Biss kull nhar ta’ Ġimgħa, fis-6.30pm. Tistgħu issibuh ukoll fuq Mhux Premier Biss on demand. Produzzjoni u preżentazzjoni ta’ Ray Abdilla.
//= $special ?>