Lokali

Evakwata l-binja tal-Parlament minħabba short circuit

Fl-aħħar ħin, il-ħaddiema tal-Parlament fil-Belt Valletta ġew evakwati wara li kien hemm short circuit.

Skont kelliem għall-Korp, jirriżulta li kien hemm short fil-kamra tas-servers tal-Parlament.

Fil-post kien hemm preżenza qawwija ta’ Pulizija, uffiċjali tall-Protezzjoni Ċivili flimkien ma’ żewġ ambulanzi.

Għalkemm kien hemm rapporti inizjali li kien hemm xi nirien, is-sitwazzjoni ġiet kontrollata f’ħin qasir.

Fortunatament, ħadd ma kellu bżonn assistenza medika.