Kurżitajiet Lokali

PROFILI: “L-artisti Maltin kapaċi daqs u aktar mill-atturi li jġibu barranin” – Joe Quattromani

Fi PROFILI tal-lejla se nkunu qed niltaqgħu ma’ Joe Quattromani, profil li huwa attur u li matul ħajtu interpreta numru ta’ karattri li spiss rajnihom fuq il-palk jew televiżjoni.

Matul il-programm se nkunu qed nitkellmu dwar dak li sawwar lill-protagonist, l-ewwel ħajriet tiegħu u fejn beda jmur l-ewwel interess.

Miegħu se nitkellmu dwar ħajtu fil-Mosta, u l-isfidi wkoll li sab bħala iben u anki bħala ġenitur. Dan apparti wkoll l-esperjenzi sbieħ li wettaq matul is-snin fejn anki kompla jistudja.

PROFILI, bi produzzjoni u preżentazzjoni ta’ James Aaron Ellul, b’muntaġġ ta’ Gail Mallia, illejla fit-8.30pm fuq NET TV.

Wieħed jista’ jsegwi l-episodji kollha ta’ ‘PROFILI’ fuq YouTube jew anki wħud mill-episodji fuq Spotify.