Fl-ewwel leg tar-rawnd tal-aħħar 16 tal-UEFA Champions League, f’Eindhoven, Arsenal kisbu rebħa dominanti u prattikament post fil-kwartifinali b’rebħa ta’ 7-1 fuq PSV. Il-gowls tal-Gunners kienu skorjati minn Jurrien Timber, Ethan Nwaneri, Mikel Merino, doppjetta ta’ Martin Odegaard, Leandro Trossard u Riccardo Calafiori filwaqt li l-gowl ta’ PSV kien skorjati minn penalty ta’ Noa Lang.
Fid-derby ta’ Mardid, Real Madrid kisbu rebħa ta’ 2-1 fuq Atletico Madrid. Rodrygo fetaħ l-iskor wara erba’ minuti. Julian Alvarez għamilhom 1-1 fit-32 minuta. It-tim ta’ Carlo Ancelotti skorja l-gowl tar-rebħ fil-55 minuta permezz ta’ Brahim Diaz.
Rebħa wkoll importanti għal Aston Villa, barra minn darhom fuq Club Brugge. Leon Bailey poġġa lil Villa fil-vantaġġ wara tliet minuta. Maxime De Cuyper għamilhom 1-1 fit-12-il minuta. Aston Villa skorjaw darbtejn fl-aħħar tmien minuti, l-ewwel awto-gowl ta’ Brandon Mechele mbagħad fit-88 minuta penalty ta’ Marco Asensio.
Borussia Dortmund u Lille temmew fi draw ta’ 1-1 f’konfront li għadu miftuħ beraħ. Karim Adeyemi poġġi lil Dortmund fil-vantaġġ fl-ewwel taqsima. Lille ġabu l-iskor indaqs fit-68 minuta permezz ta’ Hakon Arnar Haraldsson.
//= $special ?>