In-numru ta’ persuni li preżentament hemm fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin, irġiel u nisa, hu ta’ 447 persuna li qed jiskontaw sentenza, filwaqt li hemm 277 persuna taħt arrest preventiv fil-ħabs – b’kollox hemm 724 persuna.
Din l-informazzjoni ngħatat fil-Parlament għal mistoqsija tad-deputat Nazzjonalista Graziella Galea.
Il-Ministru Byron Camilleri qal ukoll li fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin hemm 665 irġiel u 59 nisa; fl-Isptar Mount Carmel hemm 8 irġiel; fl-isptarijiet hemm tlett irġiel; fi programmi riintegrati u fi programmi ta’ riabilitazzjoni ta’ droga hemm 26 raġel u mara waħda; u fis-Centre of Residential Restorative Services (CoRRs) hemm 15-il raġel u żewġ nisa.
//= $special ?>