Mijiet ta’ tobba u membri oħra tal-istaff mediku mingħajr id-diplomi maħruġa mill-Unjoni Ewropea jinsabu għaddejjin bi strajk tal-ġuh – fuq perjodu ta’ tlett ijiem – bħala protesta dwar il-mod kif qed ikunu trattati.
Madwar 300 persuna qed jieħdu parti f’din l-azzjoni intiża biex il-grupp ta’ ħaddiema fil-qasam mediku – magħruf bħala ‘padhue’ — jingħata aktar protezzjoni.
Il-grupp jinkludi l-ispeċjalisti f’diversi tipi ta’ mard u dawn qed jgħidu li jinsabu ‘f’sitwazzjoni prekarja li ma jistgħux ikomplu jaċċettawha’. Hu kalkulat li xi membri tal-istaff mediku mal-grupp ‘padhue’ jaqilgħu tlett darbiet anqas salarji mill-kollegi f’dan il-qasam u li għandhom id-diplomi rikonoxxuti mill-UE,
Fl-istess ħin, il-mediċi tal-‘padhue’ kemm-il darba qed jispiċċaw neqsin mill-garanziji li jistgħu jibqgħu residenti fi Franza, peress li l-kuntratti tagħhom iridu jkunu mġedda kull sitt xhur.
//= $special ?>