Lokali Qorti

Ħabs għal żewġ Somali li ttraffikaw id-droga

Żewġ Somali, wieħed ta’ 30 sena u l-ieħor ta’ 29 sena, iingħataw sentenza ta’ priġunerija mill-Qorti wara li ammettew li kienu fil-pussess u ttraffikaw d-droga kokaina u cannabis. Sakariye Abdirahman Hassan u Muktar Yusuf Abdilani wieġbu ħatja li wettqu dawn ir-reati f’San Ġiljan biswit stabbiliment tad-divertiment.

Il-Qorti preseduta mill-Maġistrat Jean Paul Grech, ikkundannat lil Hassan sentenza ta’ 12-il xahar ħabs u multa ta’ €500 flimkien mal-konfiska ta’ €100 mill-garanzija personali imposta fuqu f’sentenza separata. Muktar Yusuf Abdilani ġie kkundanat 10 xhur ħabs u mmultat €500.

Il-Qorti qalet li l-multi jistgħu jitħallsu fi żmien sentejn mid-data li fih il-ħatja jkunu skontaw is-sentenza ta’ ħabs li kienet imposta llum u fil-każ ta’ Hassan mid-data meta hu ma jibqax arrestat fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin