ĦAMRUN S. …………….. 2
SLIEMA W. ………………… 0
Ħamrun Spartans: Henry Bonello, Mattias Ellul (Ryan Camenzuli), Steve Borg, Sven Xerri, Joseph Mbong, Roko Prsa (Jovan Cadenovic) , Elionay Freitas, Redon Mihana (Daniel Letherby) , Emerson Marcelina (Marques Barbosa) , Alejandro Menacho, Raphael Lopes (Kairou Amoustapha)
Sliema Wanderers: Kelvin Emeka, Jean Borg, Adam Magri Overend (Kyrian Nwoko), Vito Plut, Myles Beerman (Maksym Priadun) , Gustavo Alcino, Wescley Da Silva, Henrique Murillo (Simon Zibo) , Edwin Acheampong, Steven Pisani (Neil Frendo) , Abdulahi Awad
Iċ-champions Ħamrun Spartans għaddew għall-kwartifinali tal-FA Trophy meta għelbu lill-holders Sliema Wanderers b’doppjetta ta’ Raphael Lopes Silva fl-ewwel taqsima.Kienet rebħa meritata minn Ħamrun li wrew superjorita’ u perikolożita’ fl-attakk u dan minkejja li Sliema kellhom għal ħinijiet twal l-inizjattiva.Iżda din l-inizjattiva kienet waħda sterili fejn il-Wanderers kien biss fl-aħħar ħinijiet li verament resqu viċin li jiskorjaw.Sliema ġejjin minn tliet telfiet konsekuttivi fil-kampjonat u ċertament li t-telfa tal-bieraħ tkompli tixħet taħt pressjoni lill-kowċ Paul Zammit fejn jidher li xejn ma jista’ jiġi sew għall-Wanderers.
Ħamrun Spartans ukoll ġejjin minn telfa fil-kampjonat, iżda l-prestazzjoni tal-bieraħ kienet waħda ferm konfortanti fejn l-Ispartans ikkonfermaw il-qawwa kollha tagħhom.Ħamrun għalqu l-logħba fl-ewwel taqsima fejn wara 16-il minuta Raphael Lopes Silva daħal għal ballun fit-tul u fuq il-0ħarġa tal-goalkeeper Slimiż skorja b’lob sabiħ.Dan il-goal ħawwad mhux ftit lil Sliema li ma kienux kapaċi jwettqu reazzjoni u fis-26 minuta Ħamrun skorjaw it-tieni goal meta menacho minn qagħda kważi mpossibbli kellu x-xutt tiegħu jaħbat mal-mimduda u mir-rebound kien Lopes Silva li kompla għal ġewwa bir-ras
.Fit-tieni taqsima Sliema ħarġu iktar aggressivi u determinati biex jidħlu mill-ġdid fil-logħba iżda ftit setgħu isibu spazju fid-difiża ferm organizzata tal-ispartans.Sliema resqu biss qrib fit-73 minuta meta xutt ta’ Da Silva stampa mal-wieqfa u mir-rebound Henry Bonello wettaq save tajjeb fuq xutt ta’ Priadun.
//= $special ?>