Nhar il-Ħadd 13 ta’ April 2025, il-Pageant Group Marija Reġina tal-Marsa ser itella’ pageant fit-toroq taż-żewġ parroċċi tal-Marsa li l-bidu tiegħu jibda fil-5pm bi ħruġ mill-Knisja Parrokkjali ta’ Marija Reġina fit-Triq Nerik Sacco l-Marsa.
Il-bidu ta’ dan l-pageant jibda billi naraw ġrajjiet mill-ħajja ta’ Kristu fosthom id-dħul ta’ Ħadd il-Palm u dan jkun segwit bil-parata tas-suldati Rumani u l-kundanna għall-mewt ta’ Sidna Ġesù Kristu.
Matul dan il-pageant ser nkunu qed naraw ukoll għadd ta’ personaġġi mit-testment il-ġid u l-antik li bil-vestwarju tagħhom ser isebbħu t-toroq Marsin u jdaħħluna aktar fl-atmosfera tal-Ġimgħa Mqaddsa.
Apparti dan, fit-tmien ta’ din il-purċissjoni, l-Group ser ikun qed itella’ rappreżentazzjoni tat-Tisliba li tinkludi l-mewt u l-qawmien ta’ Kristu fit-Triq Azzopardi l-Marsa, proprju quddiem id-Dar Parrokkjali.

Ma’ għadd kbir ta’ personaġġi li jammontaw għal madwar 350 ruħ, ser jieħdu sehem ukoll il-1st Marsa Scouts Group, il-Banda Rumana kif ukoll iż-żewġ baned Marsin dik ta’ Marija Reġina kif ukoll tat-Trinità Qaddisa.
Ta’ min isemmi wkoll li din is-sena dan il-pageant ser jkun qed jagħlaq 55 sena mit-twaqqif tiegħu lura fl-1970, li dan jimmarka l-ewwel pageant tax-xorta tiegħu fit-toroq Maltin f’dawk iż-żminijiet.
Apparti l-pageant, il-Group itella’ Wirja Artistika tax-xorta tagħha f’Malta. Din il-Wirja tikkonsisti f’xogħol bil-melħ fuq platti u nkwatri fejn juru simboli u pitturi relatati mal-Gimgħa Mqaddsa.

Din il-wirja tista’ tigi apprezzata fis-Sala ‘Marija Reġina’ li tinsab quddiem il-Knisja Parrokkjali ta’ Marija Reġina fi Triq Nerik Sacco, il-Marsa. Mis-6 ta’ April sa nhar il-Ġimgħa l-Kbira.
Aktar dettalji rigward iż-żewġ attivitajiet lil Group itella’ jistgħu jinstabu fuq il-paġna soċjali tal-Group https://www.facebook.com/MarsaPageant/
//= $special ?>