Folja ġdida għall-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb (KNK), hekk kif ħabbar identità viżiva ġdida bħala parti minn pjan usa’, li fost l-oħrajn jinkludi sit totalment ġdid.
Ir-rebrand sar b’ħidma ma’ Concept Stadium, u l-logo l-ġdid juri b’mod eleganti kotba mpoġġija fuq xulxin bħala tfakkira liema prinċipji jiggwidaw lill-KNK f’xogħlu.
Id-dehra l-ġdida tal-KNK tidher bl-aħjar mod fis-sit il-ġdid tiegħu, li tnieda dil-ġimgħa wkoll biex ikompli fl-istess vena tar-rebranding. Is-sit ġie kkreat b’ħidma ma’ 9HDigital, b’ritratti ġodda meħuda mill-fotografu Nathan Camilleri, u l-għan tiegħu hu li jtejjeb l-esperjenza tal-utenti b’navigazzjoni aktar ċara, disinn sempliċi, u aċċessibbiltà mħeffa.
//= $special ?>