Kmieni dalgħodu tħabbret il-mewt ta’ Bruno Pizzul – preżentatur Taljan li kien meqjus bħala ikona tal-ġurnaliżmu sportiv.
Pizzul kellu 86 sena.
Hu kien qatta’ snin twal bħala kummentatur ewlieni tar-RAI fil-logħbiet tat-tim nazzjonali Taljan, u baqa’ jikkummenta sal-2002.
Fil-fatt, ħafna kienu jikkunsidrawh bħala “l-vuċi” assoċjata mal-Italja kull meta t-tim jilgħab f’tournament internazzjonali.
//= $special ?>