Ftit tal-ħin ilu, il-Kap Eżekuttiv tal-AIMS Jean Claude Micallef offra ir-riżenja tiegħu minn din il-kariga. Bl-eks Deputat Laburista joħroġ qatta’ bla ħabel kontra l-Bord ta’ din l-awtorità.
Fl-ittra tar-riżenja tiegħu, Micallef stqarr li sa mill-bidu “kien hemm reżistenza” lejh.
S’issa, għadu mhux ċar jekk il-Ministru Clifton Grima hux se jaċċetta din ir-riżenja.
Ir-riżenji mill-Bord ma kienux ġew aċċettati.
F’Kastilja rrabjati li għaddiet ta’ Clifton Grima
Nies qrib Robert Abela jinsabu rrabjati li l-għażla tagħhom – Jean Claude Micallef – spiċċa tqaċċat wara l-manuvri tal-Bord. U b’hekk, għaddiet tal-Ministru Grima.
Sorsi oħra li kisbu informazzjoni minn ġewwa qed jgħidu li din is-saga kompliet tikxef il-ġlied intern li għaddej fil-Labour – speċjalment kontra l-klikka ta’ Ian Borg.
Fl-aħħar jiem, il-PN fisser kif sfortunatament din l-awtorità spiċċat b’mod konsistenti fl-aħbarijiet għal raġunijiet mhux mixtieqa, minkejja l-impenn ġenwin ta’ ħafna mill-ħaddiema ħabrieka tagħha.
Il-PN insista li l-Awtorità għall-Integrità fl-Isport Malti ma kellha qatt tkun ballun politiku fil-ġlied intern tal-Labour.
//= $special ?>