Lokali Parlament

Kważi mitt Għawdxi u Għawdxija f’Malta fil-ministeru u fl-entitajiet tal-Ministru Dalli

In-numru ta’ ħaddiema Għawdxin jaħdmu f’Malta fil-Ministeru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Indafa Pubblika u fl-entitajiet li jaqgħu taħtu huwa ta’ 98 persuna – ftit anqas minn mija.

Dan jirriżulta mit-tweġoba li tat il-Ministru Dalli għal mistoqsija parlamentari tad-deputat Nazzjonalista Chris Said.