Lokali

93.3% tan-nies bejn is-16 u l-74 sena għamlu użu mill-internet fl-2024 – NSO

Statistika maħruġa mill-Uffiċju Nazzjonali tal-Istatistika (NSO) rigward l-użu tat-teknoloġija tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni (ICT) fid-djar Maltin u Għawdxin turi kif it-teknoloġija diġitali saret indispensabbli fil-ħajja ta’ kuljum.

Ir-riċerka turi li fl-2024, 93.3 fil-mija tan-nies bejn is-16 u l-74 sena użaw l-internet. Dan iġib fix-xejn id-diskussjoni dwar jekk l-internet hux parti essenzjali mill-ħajja ta’ kuljum jew le – għal ħafna, is-suq diġitali, is-servizzi elettroniċi u l-komunikazzjoni online saru tassew indispensabbli.

Minn dawk li għamlu użu mill-internet matul is-sena li għaddiet, 98.2 fil-mija użawh kuljum.

Wieħed mill-oqsma li kompla jikber hu l-użu tas-servizzi elettroniċi tal-Gvern. Fl-2024, 81.1 fil-mija ta’ dawk li użaw l-internet għamlu użu minn dawn is-servizzi.

L-eCommerce wkoll baqa’ jiżdied, b’270,318 persuna li xtraw xi oġġett jew servizz online. L-aktar prodotti popolari mixtrija online kienu kunsinni tal-ikel mir-restoranti, fast food jew servizzi ta’ forniment ta’ ikel u lbies u aċċessorji.