Lokali

Peppi Azzopardi jipproponi li l-kanzunetta ta’ Miriana Conte tinbidel għal “Serving Aunt”

“Għamluha “Serving Aunt” – tinstema’ l-istess u ma jistgħux iżommukom”.

Dan iddikjarah Peppi Azzopardi wara li l-EBU ċċensurat il-kelma ‘kant’ mill-kanzunetta rebbieħa ta’ Miriana Conte.

Fi ftit kliem, dan ifisser li ‘Kant’ ma tistax tintuża fil-finali ta’ Basel f’Mejju li ġej.

Skont ix-Xandir Nazzjonali, l-ESC Reference Group tal-EBU kkomunika mal-PBS li ma tistax tintuża l-kelma Maltija “kant”. Din id-deċiżjoni ttieħdet wara li sar rapport – possibbilment mill-BBC. Fid-deċiżjoni tiegħu l-EBU ikkomunika li qed jitlob li jinbidel it-titlu bil-Malti tal-kanzunetta u titneħħa għalkollox il-kelma ‘kant’.

Il-PBS issa għandu sa nhar it-Tnejn biex isib soluzzjoni għal din iċ-ċensura li kien hemm min-naħa tal-EBU.