Lokali

PROTESTA FIL-BELT: “Ħadd ma jista’ jagħlaqlek ħalqek”

Ma jaqtghu xejn l-appelli sabiex il-poplu Malti u Għawdxi jinżel fit-toroq u jsemma’ leħnu dwar l-aħħar skandli fit-tmexxija tal-Gvern Laburista.

F’intervista waqt il-programm Kuntatt fuq NetF M, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech fakkar fl-importanza tal-protesta ta’ nhar il-Ħadd li ġej.

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista fisser kif fl-aħħar snin rajna Gvern li falla f’kull settur, inkluż is-saħħa, it-traffiku, u l-għoli tal-ħajja.

L-għoli tal-ħajja li qed taffettwa anke lil dawk li għandhom pagi sostanzjali quddiem prezzijiet li qed jogħlew ġimgħa wara l-oħra, b’mod speċjali l-għoli tal-prezzijiet fuq prodotti essenzjali.

Bernard Grech insista li hemm bżonn bidla. Bil-Partit Nazzjonalista kapaċi u lest li jmexxi, għaliex hu liberu biex jagħmel dan.

Il-protesta tal-Ħadd se tieħu l-forma ta’ mixja li tibda minn quddiem il-Parlament. U n-nies huma imħeġġa li jinġabru fit-3pm.