Fl-2024 Hospice Malta għinet aktar minn 1,500 persuna b’mard serju fosthom lil Alfred Navarro li
miet ftit tax-xhur ilu. In-neputi tiegħu George Navarro tant apprezza l-mogħdrija u l-impenn tal-
professjonisti u l-voluntiera ta’ Hospice Malta mal-familja tiegħu li l-Ħadd 23 ta’ Marzu 2025 se jigri
42 kilometru fil-maratona La Valette, bil-għan li jiġbor donazzjonijiet għal din l-għaqda mhux
governattiva.
John Navarro, missier George Navarro ilu bosta snin iservi lil Hospice Malta bħala voluntier.
Hospice Malta tgħin lill-persuni b’mard serju u l-familji tagħhom billi toffrilhom appoġġ mediku,
emozzjonali u spiritwali. Is-servizzi kollha huma bla hlas.
Inti mistieden tgħin lil George Navarro jiġbor donazzjonijiet għal Hospice Malta billi żżur:
https://hospicemalta.org/product/running-to-give-back/.
Għal aktar tagħrif dwar Hospice Malta u l-missjoni tagħha, żur www.hospicemalta.org.