Futbol Sport

Stennija għall-konfront mill-kwartifinali bejn Birkirkara u Valletta

Bejn illum u għada jintlagħbu l-kwartifinali tal-Meridianbet FA Trophy fejn illejla tispikka l-partita bejn Birkirkara u Valletta, partita li se tintlagħab fl-Istadium Nazzjonali, f’Ta’ Qali.

Partiti oħra li se jintlagħbu llum, mill-istess kompetizzjoni huma Ħamrun Spartans kontra Sliema Wanderers u Floriana kontra Mosta.

Għada tintlagħab partita oħra bejn Hibernians u Naxxar Lions.

Meridianbet FA Trophy

Illum

Tony Bezzina Stadium
Ħamrun S. v Sliema W. fis-6pm
Floriana v Mosta fid-9pm

Stadium Nazzjonali
Birkirkara v Valletta fis-7pm

Għada

Stadium Nazzjonali
Hibernians v Naxxar L. fis-7pm