Mara Skoċċiża ammettiet fil-Qorti li kkaġunat ġrieħi fuq żewġ uffiċjal tal-Pulizija waqt li kienet fis-sakra. L-Ispettur Ian Azzopardi qal lill-Qorti li fit-3 ta’ Marzu, għall-ħabta tad-9pm, l-Għassa ta’ Tas-Sliema rċeviet rapport li kien hemm persuna mimduda fl-art fi Triq ix-Xatt, Tas-Sliema, quddiem il-Cafeteria Giorgio.
Sussegwentement, sabu lil Alanah Johnson ta’ 31 sena, li kienet involuta f’kommossjoni. Il-Qorti semgħet li wara li nstabet mill-pulizija, il-mara ttieħed l-isptar. Malli ġiet iċċekkjata għal saħħitha, l-akkużata saret aggressiva u ppruvat tiġġieled ma’ wieħed mill-uffiċjali tal-Pulizija.
Hija tat ukoll daqqa ta’ sieq lil uffiċjal ieħor waqt li kienet qed tingħata d-drittijiet tagħha mill-Pulzija. Il-mara wieġbet ħatja tal-akkużi miġjuba kontriha u l-Qorti ħadet inkunsiderazzjoni tal-ammissjoni bikrija. Id-difiża ma kkontestatx il-validità tal-arrest.
Il-mara li tressqet quddiem il-Maġistrat Nadia Helena Vella ammettiet ukoll li ma kinitx taf tieħu ħsieb tagħha nnifisha u li kisret il-paċi pubblika.
L-Ispettur Ian Azzopardi mexxa l-prosekuzzjoni. L-Avukat Sarah Ciliberti dehret għall-mara.
//= $special ?>