Dalgħodu, il-Kap tal-PN Bernard Grech wasal fil-kapitali Belġjana għas-summit importanti tal-Partit Popolari Ewropew; summit li qed isir eżatt qabel il-Kunsill Ewropew tal-lum.
Għal-laqgħa tal-EPP, hemm preżenti l-President tal-Kummissjoni Ewropea Ursula von der Leyen, il-President tal-Parlament Ewropew Roberta Metsola, il-President tal-EPP Manfred Weber u diversi mexxejja oħrajn u Prim Ministri minn madwar l-Ewropa.
Bernard Grech kellu diġà diversi laqgħat bilaterali, fosthom mal-Viċi Prim Ministru Taljan Antonio Tajani.
Għal din il-laqgħa il-Kap tal-PN jinsab akkumpanjat mis-Segretarju Internazzjonali Beppe Galea.
Segwu Net News għal aktar aġġornamenti fil-ħin li ġej.






