Lokali Parlament

Il-Gvern Laburista ma wera ebda kuntratt dwar xi Trakka għall-motor sport

Il-Gvern naqas li juri fil-Parlament kopja tal-kuntratti kollha li b’xi mod jew ieħor huma relatati mat-Trakka l-Kbira, mat-Trakka ta’ Mil u mat-Trakka tal-Carting.

Fil-Parlament, meta mitlub mid-deputat Nazzjonalista David Agius biex jippreżenta fil-Parlament kopja ta’ dawn il-kuntratti, il-Ministru responsabbli Clifton Grima qal biss li t-tweġiba għal dak li staqsa David Agius tingħata f’xi seduta oħra,

Lanqas l-istess Ministru Laburista ma ta xi fattura, jew invoice, jew xi pagament li sar u li b’xi mod jew ieħor huma relatati mat-Trakka l-Kbira, mat-Trakka tal-Kwart ta’ Mil u mat-Trkka tal-Caerting.

Din l-apatija min-naħa tal-Gvern Laburista hija turija ċara li l-Partit Laburista m’għandux fiċ-ċentru
tal-politika tiegħu l-bżonnijiet tan-nies, b’mod speċjali fejn jidħol l-isport lokali, anke meta l-Motorsport, is-sena l-oħra, ġab tant unur lill-pajjiżna.

Id-disa’ sigħat xogħol li kienu saru fl-14 ta’ Diċembru 2024,  bil-Ministru għall-Edukazzjoni u Sport Clifton Grima jtella’ post flimkien mal-Ministru tat-Trasport Chris Bonett lura fit-23 ta’ Diċembru jiftaħru li x-xogħol fuq it-trakka beda, ma kienx tkompla  u kollox indika li kollox baqa’ kif  kien – tħarbit sħiħ u gaffa f’nofs dan kollu.