Martin Ambinette għadu nieqes.
Minn investigazzjonijiet li qed isiru, il-Pulizija, permezz ta’ filmati tas-CCTV, setgħet tistabbilixxi li l-aħħar darba li deher, kien liebes ġakketta ta’ kulur skur bil-kitba ‘San Ġiljan ASC’ fuq wara u ma kellux fuqu l-iskufja msemmija fi stqarrijiet preċedenti.
Kull min għandu xi informazzjoni dwar din il-persuna, jista’ jgħaddiha lill-Pulizija, anke b’mod kunfidenzjali, fuq in-numri tal-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija 21 224001 / 119 jew fl-eqreb Għassa tal-Pulizija.
//= $special ?>