Az Alkmaar ħadu vantaġġ importanti fl-ewwel leg tal-UEFA Europa League kontra avversarji diffiċli hekk kif għelbu lil Tottenham Hotspur fil-AFAS Stadion bl-iskor minimu ta’ 1-0.
L-unika gowl tal-partita jasal fit-18-il minuta meta l-midfielder Żvediż ta’ Tottenham Lucas Bergvall xeħet fix-xibka tiegħu stess.
Rangers ukoll kisbu riżultat sodisfaċenti din id-darba barra minn darhom kontra Fenerbahce mmexxi minn Jose Mourinho, bl-Iskoċċiżi jieħdu vantaġġ ta’ 3-1 lura lejn Glasgow.
Rangers jieħdu l-vantaġġ wara 6 minuti permezz ta’ Cyriel Dessers minn suġġeriment ta’ Diomande.
It-Torok jagħmlu l-iskor indaqs fit-30 minuta permezz ta’ Alexander Djiku.
Rangers jerġgħu jmorru fil-vantaġġ u jkabbru l-iskor permezz ta’ dopjetta minn Vaclav Cerny, bil-gowls jaslu fit-42 minuta u fil-81 minuta.
Kollox għat-tieni leg bejn Real Sociedad u Manchester United hekk kif it-tim Spanjol jirnexxielu jirkupra l-iżvantaġġ bl-iskor finali jkun 1-1.
Joshua Zirkzee jiżblokka għar-Red Devils b’xutt mill-isbaħ minn barra l-kaxxa mill-assist ta’ Garnacho, qabel Real Sociedad jagħmlu l-iskor indaqs meta Mikel Oyarzabal jikkonverti l-penalty tiegħu fis-70 minuta. Il-penalty jasal minn handsball ta’ Bruno Fernandes fil-kaxxa.
Lyon għamlu dak li huwa mistenni minnhom hekk kif għelbu lil FCSB 3-1.
Id-difensur laterali Tagliafico jiskorja l-ewwel wara nofsiegħa logħob, b’Bucarest jistennew sat-68 minuta biex jirrispondu permezz tal-istilla Alexandru Baluta b’xutt tajjeb fir-rokna tal-lemin.
Żewġ gowls fl-aħħar 5 minuti għal Lyon jagħtu r-rebħa u jagħtu iżjed kunfidenza għat-tieni rawnd, hekk kif Malick Fofana jsib ix-xibka fis-86 u fid-89 minuta.
Roma għelbu lil Athletic Bilbao 2-1 fi Stadio Olimpico b’gowl fl-aħħar sekondi,
Il-gowls kollh jaslu fit-tieni taqsima hekk kif Inaki Williams jkun l-ewwel biex jiskorja għall-Athletic, qabel Roma jagħmlu l-iskor indaqs permezz tad-difensur laterali Angelino.
Bilbao spiċċaw jilagħbu b’għaxra fis-86 minuta hekk kif Yeray Alvarez intwera l-karta ħamra wara li akkumula t-tieni karta safra.
Eldor Shomorudov jiskorja l-gowl tar-rebħa fl-94 minuta biex jagħti l-vantaġġ minimu għat-tieni leg f’Bilbao.
Bodo/Glimt kisbu rebħa sorporendenti kontra r-rebbieħa tal-Conference League tas-sena l-oħra Olympiacos bl-iskor finali jkun 3-0.
L-ewwel gowl tal-partita jasal wara 13-il minuta minn autogowl ta’ Tzolakis.
Kasper Hogh jiskorja dopjetta fil-45 minuta u fil-55 minuta għaż-żewġ gowls l-oħra.
Eintracht Frabkfurt dawru telfa f’rebħa f’Amestardam biex għelbu lil Ajax 2-1 u jmorru lura l-Ġermanja b’vantaġġ ta’ gowl.
Brian Brobbey jagħmel l-iskor 1-0 minn suġġeriment ta’ Henderson wara biss 10 minuti logħob.
Frankfurt ma jdumux ma jagħmlu l-iskor indaqs hekk kif Hugo Larsson jiskorja l-gowl tad-draw fis-27 minuta.
Ellyess Shkhiri jkun l-awtur tal-gowl tar-rebħa fis-70 minuta.
Partita kumbattuta għall-aħħar bejn Viktoria Plzen u Lazio bl-iskor finali jkun 1-2, fejn minkejja li spiċċaw jilagħbu b’9 plejers, Lazio rnexxielhom jiskorjaw gowlfit-98 minuta biex jmorru lura l-Italja bil-vantaġġ.
Pavel Suic kien imċaħħad mill-ewwel gowl tal-partita hekk kif il-gowl tiegħu kien ikkanċellat bil-VAR wara 11-il minuta għal Viktoria.
Lazio jieħdu din l-opportunità biex jiskorjaw u jagħmlu hekk permezz ta’ Romagnoli 6 minuti wara.
Rahu Durosinmi jagħmel l-iskor indaqs fit-53 minuta.
Lazio jispiċċaw jilagħbu b’għaxra hekk Nicolo Rovello jintwera l-karta ħamra diretta fis-77 minuta, qabel Samuel Gigot jaqla’ it-tieni karta ħamra tal-partita għal Lazio fit-93 minuta, pero minkejja dan Lazio xorta rnexxielhom jiskorjaw hekk kif fit-98 minuta Gustav Isaksen isib ix-xibka minn suġġeriment ta’ Vecino.
UEFA EUROPA LEAGUE
RAWND TAL-AĦĦAR 16
Illum
AZ v Tottenham H. 1-0
FCSB v Lyon 1-3
Fnerbahce v Rangers 1-3
R.Sociedad v Man. U 1-1
Roma v Athletic C. 2-1
Ajax v E.Frankfurt 1-2
Bodo/Glimt v Olympiacos 3-0
V.Plzen v Lazio 1-2
UEFA CONFERENCE LEAGUE
Illum
Copenhagen v Chelsea 1-2
Molde v L.Warzawa 3-2
Panathinaikos v Fiorentina 3-2
R.Betis v V.Guimareas 2-2
B.Banja v R.Wien 1-1
J.Bialystok v C.Brugge 3-0
NK Celje v Lugano 1-0
Pafos v Djugaarden 1-