“Jum il-mara huwa l-jum li fih niċċelebraw il-kisbiet li għamlu n-nisa”
Hekk stqarret Anne-Marie Grech, f’konferenza bl-isem ‘Her Voice in Science” fl-okkażjoni ta’ Jum il-Mara – attività mtella’ mill-Ewroparlamentari Peter Agius, fejn iddiskutew il-gender gap li tippersisti fl-oqsma tax-xjenza, it-teknoloġija, l-inġinerija u l-matematika.
AnneMarie Grech spjegat ukoll li fl-2025 mhux suppost teżisti l-ħtieġa li tqum diskussjoni bħal din, filwaqt li spjegat li f’numru ta’ pajjiżi, inkluż f’Malta, huma biss 35% in-nisa li jiddeċiedu li jaħdmu fl-iSTEM – għad-detriment tal-ekonomija u s-soċjetajiet tagħna.
Intant, hija spjegat ukoll li meta wieħed jillimita l-parteċipazzjoni tal-mara, fil-qasam xjentifiku, wieħed jillimita l-progress ta’ dawn l-oqsma – għalhekk għandhom ikunu esposti sa minn età żgħira.
Din id-diskussjoni kienet iffukata fuq is-sehem tan-nisa fil-qasam xjentifiku, bl-Ewroparlamentari Nazzjonalista Peter Agius enfasizza l-urġenza li tiġi ffurmata ekosistema innovattiva u inklussiva – b’din l-attività ssaħħaħ l-impenn tal-Parlament Ewropew għall-ugwaljanza bejn il-ġeneri fix-xjenza.
Fid-diskussjoni ħadu sehem ukoll Stephanie Buttigieg li ssegwi Dottorat fl-Astronomija, Sana Grillo, psikologa tal-Isport u atleta, u Maria Petra Agius speċjalistà tal-IVF.
//= $special ?>