SKONT IN-NISA, huwa d-dramm il-ġdid għal żmien ir-Randan minn SKENE għal din is-sena 2025.
Hawn għandna ġrajja, li se tkun qed tiġi mwassla minn disa’ nisa important ħafna fil-vanġeli. Dawn kollha jissemmew, min xi ftit, min ftit aktar u min ftit anqas, però kollha jinsabu hemm.
Maria, Magdala, Joanna, Salome, Mariamne, l-aħwa Martha u Miriam, Rhoda u Marija omm Ġesù. Ma’ dawn in-nisa hemm tlett irġiel ukoll li huma protagonist, Marku l-evanġelista, Ġesù u Ġuda.
Se naraw il-karattri differenti ta’ dawn in-nies, l-emozzjonijiet tagħhom. Se nirrelataw ħafna magħhom għax ħafna drabi aħna wkoll naġixxu hekk – forsi nistaqsu l-istess mistoqsijiet tagħhom, forsi nieħdu l-istess attitudni, pożizzjoni tagħhom jew deċiżjonijiet kif ħadu huma.
Naraw ħbiberiji, tilwim, mogħdrija, kompassjoni, kburija, dubji, twemmin, xettiċiżmu u anke mumenti ħelwin bejniethom. Wara kollox ħajjitna hekk hi, mhux biss kollox iswed jew kollox abjad imma hemm xi ftit griż ukoll.
Skont in-Nisa għandu kitba u direzzjoni ta’ Frida Cauchi. Dan id-dramm għal żmien il-Ġimgħa Mqaddsa se jkun qed jittella’ fit-Teatru Metanoia nhar is-6, it-12 u t-13 ta’ April. Akkwistaw il-biljetti minn www.ticketline.com.mt
Għal aktar informazzjoni wieħed jista’ jżur il-paġni soċjali ta’ Skene.
//= $special ?>
