Lokali

Wirja Sagra “Fik Biss It-Tama Tagħna” mill-Każin Santa Liena Banda Duke of Connaught’s Own

Il-Kummissjoni TEAK (Talent, Elenjan, Arti u Kultura) fi ħdan is-Soċjetà Każin Santa Liena, Banda Duke of Connaught’s Own ta’ Birkirkara qiegħda ttella’ il-25 edizzjoni tal-wirja ta’ żmien il-Ġimgħa Mqaddsa. Il-wirja sagra ta’ din is-sena qed terġa’ tittella’ ġewwa l-kantina u l-”basement” tal-każin, mill-Erbgħa 9 sas-Sibt 19 t’April.

F’din il-wirja nsibu l-mejda tal-appostli fejn wieħed jista’ jammira diversi platti u inkwatri maħduma bl-ismid, ross u għagin ikkulurit, kif ukoll sett statwi tal-appostli.

Fil-bidu u d-dħul għal wirja wieħed jista’ jara esibit simboli tal-Passjoni, bandalori artistiċi u statwa ta’ Ġesù Kristu Redentur “life-size”, xogħol l-istatwarji Għawdxin Michael u Adonai Camilleri Cauchi.

Fost il-ħafna affarijiet relatati mal-passjoni ta’ Sidna Ġesù wieħed jista’ jammira settijiet ta’ vari maħduma minn artisti stabbiliti Maltin, statwetti, diversi kurċifissi u arti sagra.

Għal darb’oħra se jkunu esebiti inkwatru kbir ta’ tmien piedi b’erbgħa li jirraffigura xena mill-passjoni maħdum kollu bis-smid ikkulurit, kif ukoll platt kbir tond “stained glass” b’dijametru ta’ sitt piedi li juri wiċċ artistiku ta’ Sidna Ġesù Kristu, anki dan maħdmum kompletament bis-smid ikkulurit.

F’parti oħra ta’ din il-wirja wieħed jista’ jara ċenaklu fuq stil Lhudi li juri x-xena tal-ħasil tas-saqajn permezz ta’ tliet personaġġi “life size”, Sidna Ġesù Kristu, l-appostli Xmun Pietru u San Ġwann, maħduma kollha mill-istatwarju Andrew Bugeja.

Dati tal-Wirja: Mill-Erbgħa 9 sas-Sibt 19 t’April.

Ħinijiettal-ftuħ:

Fost il-Ġimgħa: Mis-6pm sad-9pm
Sibtijiet u Ħdud: Mid-9.30am sa 12pm u mis-6pm sad-9pm
Ħamis ix-Xirka: Mis-6pm sal-11pm
Ġimgħa l-Kbira: Mid-9am u san-12.30pm