Minflok ħallihom jitressqu l-Qorti u issa qed jgħid li lest jagħtihom amnestija jekk jinstabu ħatja, Robert Abela messu biddel il-liġi biex it-tliet studenti u l-lettur li tressqu l-Qorti dwar hacking lanqas biss kien ikollhom għalfejn jitressqu.
Hekk saħaq il-Partit Nazzjonalista fi stqarrija, dan apparti wkoll fuq il-fatt li l-Gvern għadu jista’ jbiddel il-liġi – kif ilu jappellalu l-Partit Nazzjonalitsa għal xhur sħaħ – u b’hekk jassigura li ma jkunx hemm għalfejn li l-ewwel dawn jinstabu ħatja u mbagħad jingħataw maħfra ladarba hemm qbil li dawn ma għamlu xejn ħażin.
Fl-istqarrija ġie spjegat kif Minkejja f’dan, biex joħroġ ta’ hero, issa Robert Abela lest jgħaddi lil dawn l-individwi minn martirju wara li ġew mixlija b’akkużi kriminali fil-Qorti biex imbagħad joħroġ jiftaħar li tahom amnestija.
Il-Partit Nazzjonalista jappella wkoll lill-Gvern biex immedjatament iressaq l-emendi neċessarji għal-liġi u huwa dispost li l-Parlament jiltaqa’ b’urġenza f’seduta speċjali biex dan isir.
Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grechmin naħa tiegħu qal li qatt ma kellna naslu s’hawn u li mhux aċċettabbli li dawn iż-żgħażagħ qed jiġu mgħoddija minn martirju meta l-Gvern jista’ jieħu azzjoni biex iwaqqaf dan kollu. Hu saħaq li qatt mhu tard wisq biex il-Gvern jieħu t-triq tas-sewwa.
//= $special ?>