ARA – (2) Påvens hälsning från sjuksängen – YouTube
“Grazzi tat-talb kontinwu tagħkom”. Hekk stqarr il-Papa Franġisku fil-messaġġ li għadda lil dawk kolha li qed jingħaqdu fit-talb tar-rużarju fi Pjazza San Pietru fil-vatikan – apparti l-miljuni ta’ Kattoliċi madwar id-dinja li qed jingħaqdu flimkien għal talb kontinwu, biex juru sens ta’ solidarjetà ma’ Bergoglio f’dan il-mument diffiċli.
Fil-messaġġ irrikordjat, b’vuċi fraġli, il-Papa irringrazzja lin-nies li ħasbu fih, u bierek ukoll lill-popli kollha. Filwaqt li appella sabiex inżommu kuntatt dejjiemi ma’ Alla u ommna Marija.
Dan il-messaġġ awdjo kien l-ewwel wieħed li xxandar minn kemm ilu l-isptar. U sa ċertu punt… kisser ukoll l-għidut ikrah li kien qed jiċċirkola fl-aħħar jiem.
Il-messaġġ kien twil 20 sekonda, u l-Papa jinstema’ jitkellem bl-Ispanjol; il-lingwa materna tiegħu.
Hu wassal dan ir-recording liberament, fuq inizjattiva tiegħu.
Il-Papa Franġisku li għandu 88 sena… ilu rikoverta fl-Isptar Gemelli ta’ Ruma għal tliet ġimgħat sħaħ, minħabba problemi serji fin-nifs u l-pulmu.
S’issa, din hija l-aktar darba li l-Papa Franġisku dam rikoverat l-Isptar minn kemm ilu fit-tmun tal-Knisja Kattolika; bit-talb ta’ kuljum fi pjazza San Pietru issa ilu jsir għal dawn l-aħħar ġimagħtejn.
Bergolio ilu mill-2013 fuq it-tron ta’ Pietru – b’bosta jisħqu li tul il-pontifikat tiegħu ressaq il-Knisja Kattolika aktar lejn in-nies. Dan apparti riformi importanti li saru fi ħdan il-Knisja sabiex il-messaġġ tal-Vatikan jasal b’mod li jista’ jilħaq lil kulħadd.
Il-Papa preżentament qiegħed f’kundizzjoni pjuttost aħjar minn kif kien jiem ilu. Madanakollu l-kundizzjoni tiegħu għadha waħda kritika minħabba l-infezzjoni akuta fil-pulmun u anke minħabba l-età tiegħu.
//= $special ?>