Il-Gvern Laburista ma qalx fil-Parlment jekk sarux testijiet xjentifiċi fuq emissjonijiet ta’ impjanti tat-tarmak sabiex jiġi stabbilit jekk emissjonijiet minn impjanti ta’ din ix-xorta, jikkawżawx riskji għal saħħet ir-residenti li jabitaw fil-viċinanzi
Il-Ministru tas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva, li kien qed iwieġeb mistoqsija tad-Deputat Nazzjonalista Rebekka Borg, lanqas ma ta dettalji dwar jekk fl-affermattiv, jgħid x’kien l-eżitu.
Il-Ministra Jo Etienne Abela qal biss li tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
//= $special ?>