Il-Pulizija f’Pariġi, fl-aħħar sigħat, evakwaw talanqas 200 persuna minn djarhom fl-inħawi ta’ Saint-Denis – viċin l-istazzjon ta’ Gare du Nord – wara s-sejba ta’ bomba attiva li kienet tmur lura għat-Tieni Gwerra Dinjija.
Intant, is-servizzi bil-ferroviji tal-Eurostar lejn Pariġi u lura spiċċaw ikkanċellati għall-kumplament tal-purnata u fost il-problemi għall-iskedi normali tal-ferroviji lokali. Dan wassal ukoll biex il-mijiet tal-passiġġieri jfasslu pjani għall-ivvjaġġar alternattivi — anki waqt li l-esperti tal-bomb displosal unit kienu qed ineħħu l-materjal splussiv mill-bomba li nstabet taħt il-binarji li jużaw il-ferroviji f’subborg tal-kapitali.
Is-sejba kienet ikkonfermata waqt li kienu għaddejjin ix-xogħolijiet ta’ bil-lejl taħt l-art u qed tissemma wkoll bħala sejba rari ħafna ta’ bomba attiva tat-Tieni Gwerra f’zoni ċentrali ta’ Franza.
Il-kelliema għall-Eurostar, kmieni llum, qalu li l-kumpannija kienet qed twaqqaf is-servizzi bejn Londra u Pariġi kif ukoll dawk bejn Brussell u Pariġi – għalkemm mistenni li l-iskeda tirritorna għan-normal filgħaxija.
Fil-fatt, servizzi oħrajn – inklużi l-ferroviji għar-rotot bejn Brussell għal Marne La Vallée u dawk li qed jivvjaġġaw bejn Londra u Brussell kif ukoll bejn Londra u Amsterdam — bħalissa qed ikomplu bir-ritmu tas-soltu u skont l-iskeda.
//= $special ?>