Lokali Qorti

Mixli li wettaq atti indiċenti quddiem żewġ subien fuq tal-linja

Żagħżugħ ta’ 28 sena wieġeb mhux ħati li mmasturba fuq karozza tal-linja quddiem żewġ subien ta’ 14-il sena. Meta mistoqsi x’kien qed iwieġeb għal dawn l-akkużi, Abdulsalam Yahya, ċittadin Sudaniż, ċaħad u qabad jidħaq.,

L-allegat inċident seħħ l-Erbgħa filgħaxija meta ż-żewġ subien qabdu karozza tal-linja mill-ajruport għal Marsascala, spjega l-Ispettur Kurt Farrugia. Farrugia qal li l-pulizija rċeviet rapport mingħand is-subien, li qalu li raw lill-imputat iħares lejhom u jagħmel ġesti tal-idejn bħallikieku kien qed jimmasturba.

Is-subien ġibdu l-attenzjoni tal-ġenituri tagħhom “madwar sitt darbiet” meta ndunaw li kien qed jaġixxi b’mod stramb. Ftit wara, l-akkużat beda jiċassa lejn iż-żewġ subien u kompla jagħmel ġesti oxxeni bl-idejn.

L-Ispettur Farrugia qal li wieħed tfal ċempel lil missieru fi stat ta’ paniku u talbu jiġborhom mill-bus stop. Meta s-subien niżlu mill-karozza tal-linja f’Marsascala, Yahya niżel fl-istess waqfa u mar warajhom. Meta l-akkużat ra lil missier is-subien, dar u mexa in-naħa l-oħra.

Il-missier ħa lill-minuri l-għassa biex jippreżentaw rapport, u l-pulizija arrestat lill-akkużat ftit wara. Il-libertà proviżorja ma ġietx mitluba. Il-Qorti kienet ippreseduta mill-maġistrat Gabriella Vella, u l-akkużat baqa’ arrestat. L-Avukat Jennifer Polidano dehret għall-uffiju tal-Avukat Ġenerali.