Qed ikompli joħroġ fil-beraħ l-inkwiet fi ħdan il-Labour, hekk kif Alex Aguis Saliba f’post fuq il-midja soċjali baqa’ jisħaq li ma jemminx li pajjiżna għandu jinvesti fid-difiża, anke jekk bħalissa l-Ewropa qed tesperjenza wieħed mill-aktar mumenti ta’ tensjoni fl-istorja moderna – tensjoni minħabba l-invażjoni illegali ta’ Putin fuq l-Ukrajna.
Għalkemm Robert Abela pprova jintgħoġob mal-faxxa ta’ Muscat u Aguis Saliba, b’Abela saħansirta jxerred miżimformazzjoni qarrieqa rigward sitwazzjoni senstittiva bħad-difiża, hu xorta waħda ivvota mal-kumplament tal-mexxejja Ewropej rigward investiment meħtieġ fuq is-sigurta Ewropea.
Madanakollu, jidher li fazzjoni influwenti ferm fil-Partit Laburista ma ħadet gost xejn b’din id-deċiżjoni – tant li jumejn qabel is-summit id-deputat Mexxej tal-Labour Alex Aguis Saliba saħaq li ser jibqa’ jivvota kontra investiment fid-difiża. Iżda issa, però, Robert Abela ivvota favur.
Kienet biss l-Ungerija li ħadet pożizzjoni kontra.

Din is-sitwazzjoni tkompli toħroġ biċ-ċar il-qasma fi ħdan il-Partit Laburista. B’Robert Abela u Alex Aguis Saliba mhux jaqblu kif għandhom jivvutaw fuq issue ta’ sensittività kbira.
//= $special ?>