Sport Waterpolo

Sirens jagħtu majnata lil San Ġiljan… Exiles jikkonsolidaw posthom fil-quċċata tal-Ewwel Diviżjoni

(Ritratt: Joseph Galea)

SIRENS BUILD FITNESS……… 10

SAN ĠILJAN JP PROJECTS…. 6

(2-2), (3-1), (4-1), (1-2)

Dikjarazzjoni importanti minn Sirens Build Fitness wara rebħa prezzjuża kontra r-rebbieħa tas-sena l-oħra San Ġiljan JP Projects. B’hekk f’din l-edizzjoni kisbu rebħa oħra kontra l-isfidanti ewlenin wara li fl-ewwel ħarġa tagħhom kienu għelbu lil Sliema. Għal San Ġiljan dan kien diżappunt ieħor wara li tilfu bl-għoti tal-penalties kontra Neptunes.

L-uniku darba li l-Ġiljaniżi kellhom il-vantaġġ kien fl-ewwel sessjoni wara li Jake Bonavia kien wieġeb b’doppjetta għall-gowl inizjali ta’ Gianni Farrugia. Sirens ħadu vantaġġ ta’ 4-2 sa madwar żewġ minuti minn tmiem it-tieni sessjoni u żammew id-distakk sa tmiem is-sessjoni.

It-tielet sessjoni kienet fondamentali għaż-żewġ timijiet, b’Sirens ħadu l-kontroll tal-logħba hekk kif it-tliet gowls konsekuttivi ta’ Isaiah Riolo, Mattias Ortoleva u Gianni Farrugia rispettivament, kabbru l-vantaġġ ta’ Sirens għal 8-3 u 9-4 rispettivament. Din id-differenza għamlitha diffiċli għal San Ġiljan biex jirkupraw u Sirens komplew jikkontrollaw sat-tmiem.

Sirens: J. Parnis, P. Serracino, A. Dimech, P. Borg, J. Cachia (1), K. Agius, M. Ortoleva (1), I. Riolo (1), J. Zerafa Gregory (1), M. Sciberras (2), Z. Mizzi (1), G. Farrugia (2), I. Schembri, G. Pace (1)

San Ġiljan: M. Xerri, D. Bugeja (1), D. Tully (1), G. Bonavia, R. Caruana, M. Zammit, J. Bonavia (2), B. Plumpton (1), J. Abela, N. Zammit, D. Zammit, N. Schiavone (1), Z. Attard, L. Dimech

Referees: Alex de Raffaele, Ronnie Spiteri

OTTERS NIVEA………………. 5

EXILES WELBEE’S………….. 9

(2-3), (1-2), (1-2), (1-2)

Exiles Welbee’s ikkonsolidaw posthom fil-quċċata tal-Ewwel Diviżjoni u baqgħu b’punti massimi b’rebħa li ġiet ikkonsolidata fl-aħħar sessjoni. Ironikament kienu Otters li fetħu vantaġġ doppju fl-ewwel mumenti tal-logħba sakemm Exiles dawru r-riżultat fit-tieni parti tal-ewwel sessjoni.

Doppjetta oħra tal-captain Kurt Griscti kabbret il-vantaġġ għal 5-2, b’reazzjoni minn Otters wasslet biex sal-bidu tat-tielet sessjoni, id-distakk niżel għal gowl. Madankollu Exiles ma tilfux il-vantaġġ u bdew l-aħħar sessjoni 7-4. Philip Tabone naqqas id-distakk fil-bidu tas-sessjoni sakemm reġa’ kien il-captain Griscti li ssiġilla r-rebħa għat-tim ta’ Niki Lanzon.

Otters: Z. Dzanovic, M. Bonnici, M. Soler (1), K. Micallef, M. Meli, D. Dimech, C.J. Saliba, N. Rizzo, T. Camilleri (1), V. Figliomeni (1), M. Farrugia, P. Tabone (2), D. Vella, S. Cutajar

Exiles: A. Borg Cole, T. Agius, Z. Micallef, D. Pace Lupi, M. Martellacci (2), G. Gatt (1), M. Fenech, K. Griscti (6), M. Paris Roding, K. Tanti, K. Navarro, G. Galea Curmi, M. Naudi

Referees: Massimo Angileri, Richard Magri

Kif Jinsabu

Kampjonat Premier

LRDTFKPti
Sirens4310352610
Neptunes312037287
San Ġiljan421146367
Sliema311131224
Valletta201229462
Birżebbuġa300322420
* 2 punti għar-rebbieħ u punt għat-tellief jekk logħba tintemm draw u tiġi deċiża bil-penalties

Kif Jinsabu

L-Ewwel Diviżjoni

LRDTFKPti
Exiles4400522412
Ta’ Xbiex311122325
Otters311125214
Marsaxlokk310221273
Marsaskala210125193
Barracudas300324460
* 2 punti għar-rebbieħ u punt għat-tellief jekk logħba tintemm draw u tiġi deċiża bil-penalties

Logħob li jmiss

Kampjonat Premier

Is-Sibt 8 ta’ Marzu: Valletta v Birżebbuġa 3.10pm (Cottonera Sports Complex)