Il-Knisja ta’ San Ġużepp Ħaddiem f’Birkirkara se tippreżenta dramm reliġjuż “Pietru u l-Imfietaħ tal-Fidi” li huma parti mir-riflessjonijiet għaż-żmien tar-Randan.
Dan se jitella’ nhar is-Sibt fit-8 ta’ Marzu, fis-7.20 ta’ filgħaxija.
Intant, dan d-dramm, b’kitba ta’ Lino Gatt u taħt id-direzzjoni ta’ Pawlu Micallef, jittratta s-sejħa li Ġesù għamel lil Pietru biex minn sajjied tal-ħut isir sajjied tal-bnedmin.
L-istorja tiffoka wkoll fuq Deborah, martu Pietru, u r-reazzjoni tagħha għal din id-deċiżjoni.
Fost il-karattri li jidhru fid-dramm hemm ukoll il-Mara l-Midinba, Ġuda u d-dixxipli, kif ukoll ix-xitan, li jipprova jfixkel il-fidi ta’ Pietru u ta’ dawk ta’ madwaru.
//= $special ?>