Internazzjonali

Iċ-Ċiklun Alfred jħalli kaos fuq il-kosta Awstraljana

L-Awstralja qed taffaċċja temp estrem hekk kif iċ-Ċiklun Alfred qed jikkawża maltempati qawwija, xita kontinwa, u għargħar fuq il-kosta tal-Lvant tal-pajjiż.

Il-Prim Ministru Awstraljan Antony Albanese wissa li “l-agħar għadu ġej,” b’aktar xita u ħsarat mistennija fil-jiem li ġejjin.

L-istat ta’ Queensland u ta’ New South Wales huma fost dawk l-aktar affettwati, bil-komunitajiet lokali jissieltu ma’ ilma għargħar li qed jikber u toroq li saru impassabbli.

L-awtoritajiet diġà ħarġu twissijiet ta’ evakwazzjoni għal eluf ta’ nies, hekk kif ix-xmajjar qed jilħqu livelli perikolużi, filwaqt li appellaw lil pubbliku biex jibqgħu f’darhom u jobdu l-istruzzjonijiet tal-awtoritajiet.