“Kun magħna, sabiex turi li f’dan il-pajjiż hemm bżonn li ssir bidla”
Kien dan l-appell tal-Kap tal-PN Bernard Grech, meta l-Ġimgħa filgħaxija kien intervistat fil-programm NETLIVE, fejn appella lil dawk kollha ta’ rieda tajba sabiex nhar il-Ħadd 9 ta’ Marzu, jingħaqdu mal-PN b’messaġġ wieħed: pajjiżna għandu bżonn bidla.
Bil-Kap tal-Partit Nazzjonalista jispjega li Gvern Laburista mmexxi minn Robert Abela huwa Gvern li għajja, Gvern illi falla anke fil-policy internazzjonali.
Bernard Grech spjega li għall-kuntrarju ta’ dan, il-Partit Nazzjonalista dejjem kien konsistenti fuq is-sigurtà u l-bżonn li jsir investiment meħtieġ anke biex isiru n-negozjati…investiment li jsir mingħajr ma jintesa’ l-aspett soċjali.
Il-Kap tal-PN spjega wkoll illi l-PN jitkellem u jaġixxi fuq dak li jolqot lil kulħadd.
Fejn għamel referenza għall-każ taż-żgħażagħ illi tressqu l-Qorti fuq hacking…żgħażagħ illi sabu appoġġ mill-Partit Nazzjonalista. Hekk kif il-PN għamel pressjoni sabiex tinbidel il-liġi sabiex dawn iż-żgħażagħ ma jitressqux il-Qorti.
B’Bernard Grech jispjega illi wara l-pressjoni tal-PN, il-Kabinett ta’ Abela..irreaġixxa.
Intant, il-Kap tal-PN Bernard Grech spjega illi dawn in-nuqqasijiet fit-tmexxija ta’ Robert Abela qed jaffettwa b’mod dirett lill-familji Maltin u Għawdxin.
U huwa propju għalhekk illi huwa importanti li l-Ħadd fit-tlieta ta’ waranofsinhar, kulħadd ikun mal-Partit Nazzjonalista sabiex verament issir il-bidla.
//= $special ?>