Awtopsja ikkonfermat li l-attur Amerikan Gene Hackman, ta’ 95 sena miet b’kawżi naturali, ġimgħa wara l-mewt ta’ martu Betsy Arakawa, ta’ 65 sena.
Il-katavri instabu fid-dar tagħhom f’Santa Fe, fl-istat ta’ New Mexico, fl-Istat Uniti.
Skont l-awtopsja li saret, Hackman miet minn mard kardjovaskulari u l-marda ta’ Alzheimer kienet fattur sinifikanti ukoll, filwaqt li Arakawa tilfet ħajjitha minħabba infezzjoni rari magħrufa bħala hantavirus.
Intant, l-awtopsja kkonkludiet ukoll li ma nstabu l-ebda sinjali ta’ trawma.
Għaldaqstant, l-mewt tagħhom ħasdet ħafna persuni, minħabba li Hackman kien attur rinomat u Arakawa kienet pjanista klassika.
//= $special ?>